Nhar il-Ġimgħa se jiġi organizzat eżerċizzju ta’ taħriġ b’simulazzjoni ta’ xenarju ta’ emerġenza. Dan l-eżerċizzju, li qed sir mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, se jsir bl-involviment ta’ għadd ta’ partijiet interessati u organizzazzjonijiet li jiġu mobilizzati f’każ ta’ emerġenza fl-ajruport.
Dan hu eżerċizzju li jsir kull sentejn bil-għan li jiġi evalwat il-livell ta’ tħejjija tal-entitajiet involuti kollha, dan sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-parteċipanti.
Kull min se jkun qed jivjaġġa nhar il-Ġimgħa mhux se jkun affettwat minn dan l-eżerċizzju, hekk kif min se jara xi moviment u vetturi ta’ rispons m’għandhomx jallarmaw ruħhom.