Taljana ta’ 29 sena weġġgħat gravi wara li kienet involuta f’inċident fir-Rabat Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6.30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq San Anard.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Taljan ta’ 29 sena kien qed isuq quadbike, u li miegħu kien hemm it-Taljana passiġġiera, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel ġo ħajt.
Tim mediku ħa lill-persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura. Ir-raġel weġġa’ ħafif.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.