Taljana ta’ 28 sena weġġgħet gravi wara inċident tat-traffiku bil-quadbike f’Santa Venera.
L-inċident seħħ għal xi s-sebgħa u nofs tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Reġjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq quadbike tal-għamla Kymco, tilfet
il-kontroll u nqalbet.
Hi ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikat li
weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.