Mara Taljan iżżewġet lilha nfisha f’ċeremonja kompluta b’libsa bajda, kejk kbir, bridesmaids u 70 mistieden.
“Nemmen li kull wieħed u waħda minnha rridu nħobbu lilna nfusna l-ewwel,” qalet Laura Mesi ta’ 40 sena. “Tista’ twettaq il-ħolma tiegħek anke mingħajr prinċep.”
Iċ-ċeremonja m’għandha l-ebda piż legali. iżda Mesi hi parti mill-moda li dan l-aħħar qed tikber fejn persuna tiżżewweġ lilha nfisha.
Mesi ġietha l-idea li tiżżewweġ lilha nfisha ftit tas-snin ilu wara li temmet relazzjoni li kienet ilha fiha għal madwar 12-il sena.