Taljana li kienet arrestata f’Malta mistennija tappella għal estradizzjoni quddiem il-Qrati Maltin.
Donatella Concas ta’ erbgħin sena residenti l-Mosta kienet arrestata wara li isimha deher f’sistema ta’ allert f’informazzjoni tax-Schengen. Qed jingħat ukoll li Concas tagħmel parti mill-Camorra clan, għaqda mafjuża.
Fil-Qorti kien innutat li fl-2015, il-mara ngħatat sentenza ta’ tlett snin u tmien xhur ħabs f’Venezja, iżda din ħarbet mill-Italja għaliex bdiet tibża li membri oħra tal-grupp kienu se joqtluha. Madanakollu l-prosekuzzjoni qalet li din ħarrbet biex sempliċiment taħrab mill-konsegwenzi ta’ għemilha.