Taljan weħel sentejn u tliet xhur ħabs wara li nstab ħati li seraq minn ħanut tal-ħaxix li kien jaħdem fih.
Antonio Andolfo ta’ 48 sena li jgħix fil-Marsa kien jaħdem f’ħanut fil-Belt Valletta u matul il-jum tal-Erbgħa ħalla t-tieqa miftuħa biex imbagħad daħal jisraq bil-lejl.
Dan sar magħruf wara filmati elevati minn kameras tas-sigurtà li hemm fil-ħanut. Ir-raġel li diġa kellu sentenza sospiża fuqu ngħata sentenza ta’ priġunerija effettiva mill-Maġistrat Josette Demicoli