Taljan ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ meta vettura tat-tip Nissan misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti l-Iklin kellha impatt ma’ vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn Taljan ta’ 52 sena residenti l-Mosta u li miegħu kellu passiġġier raġel Taljan ta’ 37 sena residenti l-Mellieħa. Ġara li bl-impatt it-tieni vettura ħabtet fil-vettura ta’ quddiema tat-tip Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-passiġġiet l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.