Taljan ta’ 39 sena ġie ikkundannat tliet xhur ħabs u multa ta’ €1,000 wara li ammetta li weġġa’ u hedded Spettur tal-Pulizija u Surġent. Il-Qorti semgħet kif nhar il-15 ta’ Jannar, it-Taljan hedded u weġġa’ lil Spettur tal-Pulizija u Surġent fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Ir-raġel tressaq il-Qorti l-Erbgħa waranofsinhar u ammetta l-akkuzi miġjuba kontrih fi stadju bikri tas-smigħ.
Huwa kien ikkundannat tliet xhur priġnerija u multa ta’ €1,000.