Claudio Perossa ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa tfal taħt l-età, bl-iżgħar waħda ta’ sitt snin u li immasturba fil-pubbliku.
Il-każ ġara l-Erbgħa fil-bajja Dawret it-Tunnara, limiti tal-Mellieħa fejn kien hemm diversi nies jgħumu bi tfal magħhom.
L-Ispettur John Spiteri qal li waqt li l-akkużat Taljan kien qiegħed jgħum fil-baħar kien ta’ spiss iniżżel il-malja tiegħu u nqabad jagħmel xi ġesti li jimmasturba f’post pubbliku.