Il-Ħadd, il-Pulizija resqet quddiem il-Qorti lil Marco Giardina, Taljan ta’ 38 sena li jgħix f’pajjiżna, fejn ġie akkużat li fis-27 ta’ Ġunju fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, ġewwa r-residenza f’Tas-Sliema, ikkaġuna lill-eks sieħba tiegħu biża li se tintuża vjolenza kontriha.
Ġie akkużat ukoll li voluntarjament ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq il-mara hekk kif wara anke li kellhom diversi argumenti, lejl minnhom daħal fis-sakra, fejn mbagħad allegatament qabadha minn għonqa u rassa mall-ħajt għal xi ħin, fejn anke ġibdilha xaharha, kif ukoll ġibdilha xi oġġetti li kellha f’idejha.
Wara li Giardina permezz tad-Difiża wieġeb mhux ħati u anke talab għall-ħelsien mill-arrest, inħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma u kif ukoll inżamm mill-Qorti l-passaport tal-akkużat biex dan ma jkunx jista’ jaħrab mill-pajjiż sakemm jiġi mressaq wara aktar investigazzjoni skond il-liġi.