Francesco Savasta ta’ 38 sena weħel seba’ xhur ħabs sospiżi għal sena u mmultat €4,000 wara li ħebb għall-pulizija.
It-Taljan ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih fosthom li nhar il-Erbgħa li għadda għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħaxija fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema hedded u offenda lill-pulizija.
It-tabiba Dr Monica Camilleri ċċertifikat li l-pulizija sofrew minn feriti ħfief.