Taljan ta’ 45 sena ġie mmultat elfejn ewro wara li nstab ħati li l-ġimgħa l-oħra weġġa’ gravi lil tliet nisa u darab ħafif lil mara oħra f’San Pawl il-baħar.
L-imputat ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Kevin Manicolo spjegat li l-każ seħħ fid-29 ta’ Settembru għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar.
L-akkużat instab ħati wkoll li dakinhar għamel ħsara fuq żewġ karozzi.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, apparti li mmultat l-imputat elfejn ewro, ssospendietlu wkoll il-liċenzja tas-sewqan għal tliet xhur.