Taljan ta’ 55 sena ġie estradit lura Malta permezz t’Mandat ta’ Arrest Ewropew, maħruġ fuq talba tal-Awtoritajiet Maltin.
Ir-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri kriminali dwar pussess u importazzjoni tad-droga.
Ir-raġel se jitressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima.