Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qed jiġi mġiegħel jimxi ma’ strateġija mmuntata minn dawk li poġġewh, biex l-istħarriġ tal-Ħadd tat-Times, jinterpretah bħala mod kif kiber l-appoġġ lejh.
Anki jekk fil-fatt Bernard Grech naqqas il-fiduċja fost l-elettorat u l-Prim Ministru żied, dawk fl-istamperija li jiġbdu l-ispag u poġġewh Kap, qed jgħidulu jinterpreta l-affarijiet mod ieħor.
Qal, “Is-survey pero qed jurina illi n-nies qegħdin jirrispondu għal dak li qegħdin nagħmlu u iva qegħdin jersqu bil-mod il-mod aktar lejn il-Partit Nazzjonalista.”
Din id-dikjarazzjoni Bernard Grech għamilha f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha kellu wkoll idejh marbuta meta ġie biex jitkellem dwar il-pjanijiet lokali tal-2006, li għamel Gvern Nazzjonalista, u li bihom ippermetta żvilupp fuq art verġni, f’art daqs is-Siġġiewi.
Dan għax Bernard Grech idawwar b’żewġ galoppini tal-eks Ministru Nazzjonalista George Pullicino.
Lil Ray Bezzina ħatru l-id il-leminija tiegħu u lil Chris Ciantar poġġih ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li qaċċtu lil Adrian Delia minn Kap qalu lil Grech li ma jaqbilx li hu jirrikonoxxi l-istħarriġ bħala sfiduċja fih għaliex Delia kien propju tneħħa wkoll fuq ir-raġuni li kien qed imur ħażin fis-sondaġġi.
Konxju mill-fatt li tal-fazzjoni ta’ Adrian Delia jkomplu jitfgħu l-pressjoni x’se tagħmel issa t-tmexxija Nazzjonalista quddiem stħarriġ ieħor, Bernard Grech kien kostrett jagħmel dak li jgħidulu, anki nhar il-Ħadd waqt kollegament telefoniku.
Qal, “Il-poplu Malti u Għawdxi qed juri li jrid bidla.”