Matul l-elfejn u sittax, saru talbiet rekord lill-Malta Community Chest Fund għall-għajnuna barra minn Malta.
Meta kien ppreżentat ir-rapport finanzjarju waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Fondazzjoni, kien innotat li t-talbiet għall-għajnuna lill-pazjenti li jmorru barra mill-pajjiż għall-kura żdiedet b’disgħa u tletin fil-mija fuq l-elfejn u ħmistax.
L-assistenza medika għall-pazjenti b’mard bħall-kanċer ukoll żdiedet fuq l-elfejn u ħmistax, b’aktar min-nofs.
L-għajnuna li ngħatat lill-persuni b’diżabilità żdiedet bi tlieta u erbgħin fil-mija meta mqabbel mal-elfejn u ħmistax, u l-assistenza soċjali lill-familji vulnerabbli b’sebgħa u ħamsin fil-mija.
Ċifri li juru kemm ix-xogħol tal-Fondazzjoni żdied; b’servizzi li ngħataw flimkien m’għajnuna lil madwar mitt Organizzazzjoni non-Governattiva li ressqu ’l quddiem proġetti soċjali.