Stqarrija llum mill-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali rreferiet għal sentenza, li ngħatat mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fl-aħħar jiem.
Il-każ jikkonċerna r-rilokazzjoni tal-pompa tal-petrol fil-Ġnien tal-Kunsill tal-Ewropa fil-Gżira, qrib Manoel Island, wara permess mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjoni li ddaħħlet fl-1999.
Issa l-Qorti rrifjutat it-talbiet li saru mill-Kunsill Lokali fil-konfront tat-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.
Minkejja kull proċess preċedenti, il-Gvern tenna l-pożizzjoni tiegħu li, f’dan ir-rigward, l-ebda art pubblika fil-Ġnien tal-Gżira mhi se tiġi allokata biex fiha tiċċaqlaq il-pompa tal-petrol inkwistjoni u li l-post għandu jservi bħala spazju miftuħ għat-tgawdija ta’ kulħadd.