Il-bank tad-demm qed jagħmel appell lill-pubbliku wara li lbieraħ ir-riserva tad-demm tat-tipi tad-demm A positive u A negative kienu baxxi, issa tbaxxiet ukoll ir-riserva tad-demm O positive.
Il-persentaġġ ta’ dawn il-gruppi jammonta għal 85% tal-pazjenti li għandhom bżonn dan it-tip ta’ demm. Fil-fatt għalhekk din hija urġenza.
Il-koperazzjoni immedjata tal-pubbliku hija ferm apprezzata.