Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella b’urġenza għad-demm, speċjalment dak O Positive. Iżda kull tip ta’ demm huma bżonn ukoll.
Fl-appell ippubblikat ġie spjegat li fl-aħħar ġimgħat l-attendenza tad-donaturi tad-demm naqset ħafna iżda d-diżgrazzji u talba għad-demm ma naqsux, għalhekk ir-riserva tad-demm niżlet sew.
“Min jista’, jekk jogħġbu, jiġi malajr kemm jista’ jkun ħalli l-pazjent ma jkollux għalfejn jistenna u f’emerġenza nsibu d-demm. Grazzi ħafna tal-għajnuna.”