Il-kesħa li għamlet fl-aħħar jiem wasslet biex pajjiżna esperjenza l-ogħla domanda ta’ elettriku fix-xitwa fl-istorja.
Kien it-Tnejn għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija li l-grid tal-Enemalta kellu fuqu 410 megawatts.
Rekord hekk kif klijenti tal-Enemalta kienu qed jixegħlu l-arja kkundizzjonata u apparat ieħor li jsaħħan biex iwieġbu għal temperaturi iktar baxxi.
Dan jaqbeż l-ammont irreġistrat fi Frar tal-2015 meta d-domanda kienet laħqet l-402 megawatts.