Il-Libanu talab għall-arrest tal-kaptan tal-bastiment li ġab il-materjal li eventwalment kkawża splużjoni fil-port ta’ Bejrut fl-4 t’Awwissu li għadda.
L-Interpol ġew mitluba sabiex jinżammu arrestati ż-żewġ persuni mingħajr ma’ tinkixef l-identita tagħhom.
Fl-2013 bastiment kien trakka fil-port ta’ Bejrut.
Sena wara mal-2,700 tunnellata ta’ nitrat tal-amonjum li kien jinsab fuqu ġie maħżun f’maħżen f’kundizzjonijiet xejn siguri.