L-għaqda tan-nar Santa Liena qed titlob post fejn jerġa’ jkollha kamra tan-nar.
Dan wara inċident fil-Kamra tan-Nar fl-2007 li fih kienu tilfu ħajjithom ħames persuni.
Wara l-inċident, il-Qorti kienet irrevokat il-permessi tal-Kamra tan-Nar biex taħdem.
Il-Kumitat tal-Kamra tan-Nar preżenti appella għall-għajnuna biex jinstab post adegwat fejn ikun jista’ jinħadem in-nar.
Qal li bħalissa qed ikollu jinxtara n-nar għall-festa ta’ Santa Liena u dan ifisser iżjed spejjeż milli jkollu jinħadem in-nar mill-Kamra stess.