Il-Pulizija f’Las Vegas ħarġet mandat li jitlob kampjun tad-DNA tal-forward ta’ Juventus Cristiano Ronaldo. Dan inħareġ b’rabta mal-investigazzjonijiet tal-allegat stupru li sar fil-konfront tiegħu.
L-istilla fid-dinja tal-football ċaħad li huwa wettaq xi forma ta’ vjolenza sesswali fil-konfront ta’ Kathryn Mayorga f’lukanda ġewwa Las Vegas lura fl-elfejn u disgħa.
Intant l-avukat ta’ Ronaldo baqa jisħaq li dak li ġara f’’Las Vegas sar fl-isfond ta’ kunsens u għalhekk m’hi ebda sorpriża li jkun hemm traċċi ta’ DNA wisq anqas li l-pulizija tagħmel din it-talba bħala parti mill-investigazzjoni tagħhom.