Il-Pulizija fil-kapitali Indjana, Delhi, qed titlob lill-awtoritajiet biex jidentifikaw aktar siti għall-kremazzjoni.
It-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet ta’ Coronavirus f’dan il-pajjiż, qed teqred partijiet fl-Indja u wasslet għal kollass sħiħ fl-isptarijiet, kmamar mortwarji u krematorji.
In-numru totali ta’ każijiet ta’ COVID-19 fl-Indja sal-Ħamis kien qabeż it-tmintax-il miljun, b’numru rekord ta’ każijiet f’ġurnata waħda f’kull pajjiż fid-dinja.