Għar-raba’ sena tnediet l-inizjattiva Naħseb Fik għall-Milied f’Għawdex.
Din il-kampanja hi proġett li permezz tiegħu gruppi ta’ persuni identifikati jkunu jistgħu jagħmlu xewqat għal rigali partikolari u l-pubbliku jkun mistieden biex jagħti dawn ir-rigali.
Filfatt waqt żjara fiċ-Ċentru Santa Marta, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana mhux biss nediet din l-inizjattiva iżda kif din twessgħet biex mhux biss jingħataw rigali għal kawża ġusta lill-anzjani iżda anki lil persuni b’diżabilità u tfal morda.
“Naħseb Fik hija inizjattiva li tassew tferraħ lin-nies u tiċċelebra bl-aħjar mod il-valuri tal-Milied”, temmet tgħid il-Ministru għal Għawdex.
Min hu interessat li jipparteċipa f’dan il-proġett jista’ jidħol fis-sit elettroniku www.nahsebfik.com, iżur il-paġna ta’ Facebook ta’ ‘Naħseb Fik’, jew jibgħat email lil info@nahsebfik.com.