Chris Bonello ta’ 29 sena li nhar il-Ġimgħa weġġa’ serjament meta ntlaqat minn vettura waqt li kien qed jibdel puncture fil-karozza tiegħu, għadu f’qagħda kritika fl-ITU fl-Isptar Mater Dei.
Minħabba li r-riservi fiċ-Ċentru għat-Trasfużjoni tad-Demm jinsabu f’livelli baxxi, partikolarment dawk tat-tip O u A Positive, qraba u ħbieb tar-raġel appellaw fuq il-midja soċjali lil kull min jista’ jgħin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sadanittant, is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar, fejn Bonello u missieru huma t-tnejn mużiċisti wkoll, ħabbret li ħassret il-kunċert tal-Milied tagħha fit-18 ta’ dan ix-xahar.