L-Uffiċjal dwar il-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea, Josep Borrell, talab biex ikun hemm tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied fil-Medda ta’ Gaza, bil-għan li l-popolazzjoni tieħu t-tilqima kontra l-polio, li tkompli qed tinxtered b’saħħa kbira fiż-żona. Anke l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, għamlet l-istess talba.
Dan hekk kif f’Gaza, li ilha tiġi attakkata lejl u nhar minn Iżrael sa minn Ottubru li għadda, eluf ta’ Palestinjani, li spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom u b’nuqqas ta’ affarijiet bażiċi, fosthom ikel u ilma, waqt li s-sistema sanitarja ddegradat sew.
L-ewwel każ ta’ din il-marda wara ħamsa u għoxrin sena, ġie rreġistrat f’Gaza nhar is-16 ta’ Awwissu li għadda fuq tarbija ta’ għaxar xhur, li ma ħaditx it-tilqima tal-polio.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, aktar minn miljun doża ta’ din it-tilqima waslu f’Gaza, biex fost oħrajn jitlaqqmu kważi sitt mija u erbgħin elf tifel u tifla.
Ritratt: Getty Images/BBC