Raġel t’erbgħa u tletin sena mill-Panama li joqgħod San Ġiljan, u li l-Erbgħa ngħata s-sentenza ta’ ħmistax –il xahar priġunerija, talab biex jieħu lill-qattus miegħu l-ħabs.
Is-sentenza ta’ ħabs ingħatatlu wara li nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga kokaina, u pussess tal-kannabis.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti mmultatu wkoll seba’ mija u ħamsin ewro filwaqt li ssuġġeriet l-għajnuna meħtieġa biex l-akkużat jiġġieled il-vizzju.