Il-Qorti Suprema Ingliża iddeċidiet li fuq karozzi tal-linja, min juża s-siġġu tar-roti għandu jingħata priorità aktar minn ommijiet li għandhom trabi fil-pushchairs.
Dan ifisser li xufiera jridu jagħmlu sofrz ikbar biex jaraw li dan l-ispazju dedikat għalihom ikun vojt.
S’issa l-dawn it-tip ta’ spazji fuq karozzi tal-linja kienu meqjusa bħala ‘first come, first served’ bejn nies b’diżabiltà, ġenituri, tfal, u persuni anzjani.
Il-każ tqajjem wara li ċertu Doug Paulley prova jitla fuq karozza tal-linja tal-kumpanija FirstGroup li kellha tabbella li tgħid Please give up this space if needed for a wheelchair user, imma ltaqa’ ma’ omm li argumentat li għandha post hemm ukoll.