Sewwieqa tal-quad bikes qegħdin jappellaw lill-awtoritajiet biex ikollhom tnaqqis fil-prezz tan-noll tal-Gozo Channel.
F’petizzjoni li qed iddur online qiegħed jiġi argumentat li l-akbar quad bikes ma jaqbżux nofs id-daqs tal-karozza għaldaqstant ma jagħmilx sens li jħallsu l-istess noll bħal karozzi (€15.70).
Fl-istess petizzjoni qed isir appell biex il-liġi tal-priortiy lane/bus lane tiġi riveduta biex tinkludi wkoll il-quad bikes.