Qabel tmiem il-ġimgħa, fejn mistenni ftit maltemp mhux ħażin, uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin jitolbu għall-kawtela.
Kevine Pace, Station Officer tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, appella għall-kawtela u qal li n-nies għandhom jevitaw postijiet fejn jaqbel il-grigal.
Dan b’mod partikolari għax “Għandna riħ qawwi mill-grigal fejn jaqbel peró m’għandniex tħassib ta’ barra minn hawn,” qal Pace li fl-istess ħin wissa biex dak li jkun jevita żoni bħal Marsascala, Marsamxett, il-Port il-Kbir, Ta’ Sliema u Baħar iċ-Ċagħaq.
“In-nies għandhom jevitaw li jkunu esposti f’dawn l-inħawi fl-eqqel tal-maltemp,” qal Pace li fakkar kif fl-aħħar maltempata saħansitra ġabru karozzi mill-baħar.