L-esperti tal-fake news li sal-bieraħ inqabdu fil-fatt jigdbu, illum tawna prova oħra ċara tal-konfużjoni li jinsabu fih.
Il-Partit Laburista ppubblika l-Pre-Budget Document tal-Partit Nazzjonalista u li kien qed jinżamm mistur għax l-esperti stess tiegħu qalulu “needs more beef” u “needs more work”.
Il-leak ta’ dan id-dokument jikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech u dak ta’ Adrian Delia huwa maqsum.
Li l-Partit Nazzjonalista qed ifittex minn fejn ġie l-leak hija problema tiegħu iżda li l-kelliema tiegħu jgħidu li dan hu dokument “works in progress” meta l-Budget ilu kważi ġimagħtejn li ġie ppreżentat tixhed l-inkompetenza ta’ Partit li t-track record fil-finanzi u l-ekonomija kulħadd jaf x’inhu.
Lil min tafu tistaqsiex għalih, u l-pensjonanti u l-familji jafu min kien dejjem magħhom u min talabhom jagħmlu s-sagrifiċċji.