Dalgħodu, Triq il-Pellegrinaġġ f’Bormla sebħet mimlija oġġetti mhux bżonnjużi aktar li tħallew minn persuni mhux magħrufa tul il-lejl tal-bieraħ is-Sibt.
Hija sfortuna li fis-seklu 21 għad hawn min jaħsibha b’dan il-mod meta jeżistu l-faċilitajiet kollha biex skart jitneħħa bla ħlas, mill-Kunsill Lokali.
Is-Sindku Alison Zerafa Civelli fuq il-mezz tal-midja soċjali tagħha, appellat biex min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-kunsill.