Il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ‘tal-mistħija’ il-vot tan-Nazzjonijiet Magħquda favur reżoluzzjoni li ġġiegħel lill-Iżrael iċċedi art fil-Palestinjana.
Saħaq li l-Iżrael mhux se jimxi mal-vot ta’ nhar il-Ġimgħa fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Ir-reżoluzzjoni titlob li l-Iżrael iċedi l-art f’Ġudea, Samaria u Ġerusalemm tal-Lvant. L-Istati Uniti astjenew mill-vot u m’użawx il-veto biex iwaqqfu r-reżoluzzjoni.
Diversi uffiċjali mill-Iżrael attakkaw lill-President tal-Istati Uniti Barack Obama u lis-Segretarju tal-Istat John Kerry ta’ din il-mossa.