Id-diretturi tal-Marsovin weħlu multa ta’ €1,000 wara li nstabu ħatja li b’negliġenza fuq il-post tax-xogħol ikkaġunaw il-korriment ta’ ħaddiem tagħhom.
Il-każ imur lura għal April t’erba’ snin ilu meta Nazzareno Bianchi ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li korra fuq apparat tax-xogħol.
Il-Maġistrat Doreen Clarke sostniet li d-direttur tal-kumpanija tal-Inbid naqqset milli tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem inkwistjoni.
Dan billi naqqsu li jiżguraw li l-apparat tax-xogħol għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema kien adattat għax-xogħol.