Għas-sidien tal-lukandi u r-ristoranti f’Malta u f’Għawdex iż-żminijiet tal-festi fissru ħafna xogħol hekk kif bħal dawn l-aħħar snin kienu impenjattivi.
Fil-fatt bosta rrapurtaw li kienu żminijiet bieżla u tajbin ħafna għall-kummerċ.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti, Tony Zahra sostna li saħansitra l-lukandi marru aħjar mis-snin ta’ qabel.
Spjega kif speċjalment l-aħħar tas-sena kien mill-aktar impenjattiv u li ħalla l-qliegħ.
Is-Sur Zahra fisser: “Fil-lukandi konna more or less l-istess bħas-snin ta’ qabel, jista’ jkun ukoll ikunu kemmxejn aħjar. Ir-ristoranti rrappurtaw kollha ili l-aħħar tas-sena kien tajjeb ħafna, il-Christmas kien bħal tas-sena ta’ qabel. Il-lukandi wkoll kellhom esperjenza tajba fl-aħħar tas-sena, inqas fiż-żmien tal-Milied. Jidher ili l-peak period qiegħed fil-lukandi jixxiftja iktar lejn l-Ewwel tas-Sena milli għall-Milied.”
Il-lukandi u t-turiżmu fiż-żmien l-festi fil-Gżira tat-tliet għoljiet ma kinux b’inqas hekk kif bosta qasmu l-fliegu. Is-Sur Muscat stqarr: “Kien perjodu illi għas-settur turistiku Għawdxi kien perjodu tajjeb fejn ġiet irrapurtata okkupanza tajba u fi stabillimenti kbar bħalma huma lukandi, imma anke fin-numru ta’ farmhouses li għandna f’Għawdex – kellna influss ta’ Maltin illi qasam f’dan il-perjodu lejn il-perjodu tagħna, Maltin ilhi ġew, biex qagħdu kemm fil-lukandi u farmhouses tagħna imma kellna oħrajn li ġew hawn u għadu fit-tieni dar li għandhom ġewwa Għawdex. Kellna wkoll numru ta’ Maltin ilhi qassmu lejn Għawdex għal ġurnata biex jaraw diversi attrazzjonijiet u jattendu diversi attivitajiet ili ġew organizzati u qed jiġu organizzati f’dan iż-żmien.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu Joe Muscat qal kif fattur li għen ukoll kien it-temp iżda fuq kollox dan kien perjodu li jitqabbel tajjeb ferm mas-snin ta’ qabel.
Is-Sur Muscat temm jgħid: “It-temp ikunx favorevoli, ikunx bnazzi jekk ikun hemm il-maltemp kapaċi jħarbatlhek kollox. Għal grazzja t’Alla din is-sena kellna temp sabiħ, f’dan il-perjodu. Kollox ma’ kollox, dan il-perjodu jikkompara tajjeb mal-perjodi tas-snin l-oħra.”