L-awtoritajiet Franċiżi qalu li jemmnu li r-raġel li ried iwettaq attakk fil-mużew Louvre fil-kapitali Franċiża Pariġi huwa Eġizzjan ta’ 29 sena.
Dan aktarx vjaġġa lejn Pariġi minn Dubai b’visa turistika x-xahar li għadda. Il-Pulizija issa qed tipprova tifhem jekk kienx qed jaġixxi waħdu, jew kienx parti minn grupp u kien qed jieħu l-ordnijiet minn xi ħadd ieħor.
B’machette f’idu, huwa ndarab serjament wara li qala tiri minn suldati Franċiżi li pprovaw iwaqqfuh milli jwettaq l-attakk li kellu f’moħħu fil-mużew tal-arti. Fir-ritratt jidher mal-art wara li twaqqaf mill-Pulizija.