Il-Malta Public Transport illum se tkun qed topera b’servizz speċjali għall-Festa Frawli li qed issir illum fl-Imġarr.
Is-servizz dirett mill-Belt lejn pjazza l-Imġarr u lura se jopera bejn l-10.00am u t-15.00pm fuq ir-rotta X44, kull nofs siegħa. Ir-rotta se tieqaf f’Birkirkara u l-Mosta.
Il-prezz għal dan is-servizz speċjali se jkun ta’ €3.00 kull biljett u €2.50 għal min juża tallinja card. Ir-rotta 44 se topera b’mod normali.