Il-Gvern ser ikompli jinċentiva lill-pubbliku biex jagħmel użu mit-trasport pubbliku dan billi jestendi l-miżura “Tal-Linja Card” b’xejn għall-anzjani ‘l fuq minn 75 sena u mhux biss għaż-żgħażagħ.
Din il-miżura għandha taffettwa 19 –il elf persuna.
Dan bil-għan li l-Gvern ikompli jaqdi faxex kollha tal-popolazzjoni. Kien għalhekk li sar investiment fuq diversi rotot u ġew introdotti erbgħin karozza tal-linja ġodda flimkien mal-flotta eżistenti.