Hekk kif fil-Greċja bħalissa għaddejja elezzjoni ġenerali kollox qed jindika li l-Partit tal-Lemin Ċentrali, li bħalissa jinsab fl-Oppożizzjoni, mistenni jirbaħ din l-elezzjoni.
L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li l-partit imemxxi minn Kyriakos Mitsotakis mistenni jikseb il-maġġoranza tal-voti u jegħlem lill-partit oppost, dak immexxi mill-Prim Ministru Grieg Alexiz Tsipras.
Ir-riżultati uffiċjali mistennija jitħabbru aktar tard il-Ħadd.