L-uffiċċju tal-konsumatur fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur qed tinvestiga l-fatt li mhux il-logħob kollu tal-Premier League Ingliż qed jixxandar b’mod dirett għal dawk li jħallsu għall-pakkett tal-GO Sport.
Dan bil-għan li jkun assigurat li mhux qed jinkisru d-drittijiet tal-konsumatur. L-uffiċċju sejjaħ ukoll għal laqgħa mar-rappreżentanti tal-GO li minn naħa tagħhom taw l-istess raġuni li taw lill-klijenti. Dik li l-logħob mhux jixxandar kollu dirett minħabba regoli tal-League Ingliż.
Bħala parti minn din l-investigazzjoni l-Awtorità Maltija għamlet kuntatt mat-tmexxija tal-League Ingliż u se tieħu passi skont dak li jintqal lilha.
Għalkemm wieħed mill-ikbar ilmenti tal-Maltin mhuwiex il-policy nnifisha iżda l-fatt li l-klijenti ma kienux mgħarrfa biha. La fir-reklamar u lanqas meta marru jġeddu l-kuntratt, bil-GO tgħid lil xi klijenti li hemm klawsola li taħseb għal dan fit-terms & conditions.