Meta tara karru tal-Karnival, tistħajlek tinbela’ mill-istruttura kbira ikkulurita, sinonima ma’ ħafna ferħ u briju tipikament Malti.
Iżda dak li jagħti dan is-sens ta’ ferħ attwalment ifisser sigħat ta’ xogħol iebes għad-dilettanti. Ngħidu hekk mhux biss għall-bini tal-karrijiet infishom imma għall-fatt li ħafna minnhom, wara li jinbnew, ikollhom jiżżarmaw kompletament u jerġgħu jintramaw barra l-imħażen, sempliċement għax m’hemmx infrastruttura adekwata bħalissa. Tal-Karnival spjegaw dawn il-bżonnijiet bażiċi – bħall-fatt li l-floats ma jgħaddux mill-bibien. Problema li ilha magħhom deċenji.
Kien lejn l-aħħar ta’ Novembru li l-Awtorità tal-Ippjanar approva l-pjan għall-villaġġ tal-Karnival. Proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown. Se jkun hemm 25 maħżen b’għoli ta’ tliet sulari, fejn jistgħu jinbnew il-karrijiet. Il-kumpless se jinkludi workshops anke għal min jaħdem fuq kostumi, għal min ikun irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival.
Hawn tista’ tisma dak li kellhom xi jgħidu l-membri mill-Għaqda Parteċipanti tal-Karnival.
https://www.youtube.com/watch?v=TawdaJuFac8&feature=youtu.be