Il-Federazzjoni tal-Prodotturi tal-Akwakultura fi stqarrija qalet li l-operaturi ma rreżistewx ir-rilokazzjoni tal-fish farms minħabba l-implikazzjonijiet ekonomiċi ta’ dan il-pass. Minflok, qalu li kienu aktar mħassba dwar is-sigurtà, l-ispazju disponibbli u r-regolamenti li hemm stabbiliti. Tkellmu kontra li l-fish farms ikunu f’zona waħda u favur l-ippublikar ta’ regolamenti u standards minimi x’jiġu segwiti.
Kjarifikaw li l-operaturi tal-fish farms aċċettaw ir-rilokazzjoni bħala pass neċessarjuu qalu li fl-2010 wieħed mill-operaturi kien talab ir-rilokazzjoni iżda għadha ma ttieħditx deċiżjoni dwaru. Qalu li filwaqt li se jirrikolaw il-fishfarms tat-tonn, dawk tal-ispnott u tal-awrat ma jistgħux imorru offshore għaliex din iz-zona diġa’ hija esklussiva għat-tonn. Il-pjan dwar dawn se jkun finalizzat fil-jiem li ġejjin.
Qalu li diġa’ bdew jimplimentaw il-wiegħda tagħhom li jirrikolaw, tant li żewġ gaġeġ tneħħew minn Kemmuna u gaġġa oħra tneħħiet minn San Pawl il-Baħar. Se jitneħħew aktar fil-jiem li ġejjin. Appellaw biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jinsew id-differenti politiċi u jsibu ftehim komuni għall-ġid tal-pajjiż fuq dan is-suġġett.