Il-poplu tal-Fiji jinsab fis-seba’ sema wara li rebaħ l-ewwel medalja Olimpika fl-istorja.
Tant kemm il-pajjiż għandu ewforija li l-awtoritajiet iddikjaraw il-jum li fih il-Fiji rebaħ id-deheb fir-rugby bħala festa pubblika.
Tal-Fiji ma qgħadux iħabblu rashom mill-produttività u dlonk iddikjaraw it-tnax t’Awwissu bħala festa wara li t-tim tal-irġiel tar-rugby għeleb lit-tim tal-Gran Brittanja.
Madankollu jekk fir-rugby jibbrillaw, mhux l-istess jista’ jingħad għal football meta t-tim Olimpiku tal-irġiel tagħhom ġie umiljat minn dak Ġermaniż. Filfatt il-gowler tal-Fiji kellu jmur għaxar darbiet jiġbor il-ballun minn ġox-xibka.