Minn din il-ġimgħa u għal matul dan is-sajf, ONE se jkun qed iwassal programm b’differenza u programm ġdid dwar il-festi Maltin u Għawdxin. ‘TAL-FESTA’ se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-9pm b’repetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fis-1:10pm bi produzzjoni u b’preżentazzjoni ta’ Aaron Zahra, Etienne Schembri u Brian Bonnici
L-ewwel programm se jkun qed ixandar l-aqwa siltiet u mumenti mill-festa tal-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba. Minn lokalita’ għall-oħra…il-qaddisin, id-devozzjoni, l-armar, il-briju, n-nar u fuq kollox il-protagonisti tal-festa.
”L-idea tal-programm din is-sena hija li jitgawda minn kulħadd, inkluż mill-protagonisti u d-dilettanti nfushom, għaliex prattikament il-kameras ta’ ONE qed ikunu fil-lokalita’ jiġbdu filmati u intervisti matul il-jiem tal-festa, dan biex umbgħad jingħaqad kollox flimkien u l-programm jixxandar il-Ħamis ta’ wara l-festa. B’dan il-mod, persuni nvoluti bħal kumitati, nies tan-nar, tal-armar, dawk li jieħdu sehem fil-purċissjoni u aktar, xorta waħda jkunu jistgħu jgawdu l-festa tal-lokal tagħhom fuq it-televiżjoni”
WAYNE AQUILINA – KAP TAL-PRODUZZJONIJIET TA’ ONE