Fi stqarrija, il-Partit Laburista rrefera għall-protest ġudizzjarju preżentat illum mill-għaqda Repubblika.
Intqal li llum, il-poplu ma fadallu ebda dubju dwar ir-raġuni wara l-kruċjata li l-fazzjoni estremista qed tagħmel f’attentat iddisprat biex tħarbat din ir-riforma: iridu li l-għodda tal-ġustizzja tintuża biex isseħħ l-inġustizzja fil-konfront taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Iridu li allegazzjoni kif ġie ġie, u ssir fejn issir, kif ikkonferma Bernard Grech ilbieraħ, tkun tista’ tintuzża biex isallab lin-nies.
F’dawk li huma double standards ħoxnin, il-fazzjoni estremista trid li fil-każ tal-inkjesti maġisterjali, persuna bi kwalunkwe allegazzjoni tmur biha mill-ewwel għand maġistrat, mhux għand il-Pulizija. Imma mbagħad, meta l-ġudikatura tiddeċiedi bil-kontra ta’ dak li jridu huma, jinfexxew jattakkawha, kif għamlu fl-aħħar sigħat. L-awtur tal-protest ġudizzjarju huwa Jason Azzopardi, l-istess persuna li ftit tas-sighat ilu fetaħ attakk bla preċedent fuq żewġ maġistrati.
Il-maskra ilha li waqgħet. L-interess tagħhom mhux li l-ġustizzja isseħħ u sseħħ b’mod ġust, imma li jsallbu lin-nies.
“Politika isterika u estrema li l-poplu ċaħad u li se jerġa’ jiċħad. L-estremisti ħakmu lill-PN u fgawh”, temm jgħid il-Partit Laburista f’din l-istqarrija.
AQRA WKOLL: