L-ewwel cruise ship tal-grupp Carnival, bl-isem ‘Carnival Vista’ wasal Malta.
Madwar 80% tal-passiġġieri li jivjaġġaw ma’ din il-kumpanija huma Amerikani. Il-Ministru Edward Zammit Lewis, li kien hemm mal-wasla tal-vapur, qal li dan huwa fatt li ser jgħin biex Malta tiddiversifika s-suq turistiku.
Apparti li l-2015 kienet sena rekord fit-turiżmu, fix-xitwa li għaddiet kellna figuri rekord ukoll. 17-il vapur daħal fil-port Malti bejn Jannar u Marzu, tmienja aktar mill-2015. Madwar 40,000 passiġġier wasal Malta fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, żieda ta’ 90% fuq l-2015.
Ritratt: DOI Omar Camilleri