It-terroriżmu Iżlamiku huwa l-ikbar sfida li l-Ġermanja qed taffaċċja. Dan qalitu l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel fil-messaġġ tagħha għas-Sena l-Ġdida.
B’referenza għall-attakk f’Berlin bi trakk minn Tuneżin li kien qed ifittex l-ażil, hija qalet li huwa tal-biki meta atti terroristiċi jsiru minn nies li jkunu fittxew il-protezzjoni.
Merkel sostniet li l-2016 kienet sena ta’ testijiet serji. Iżda espremiet li tinsab kunfidenti li l-Ġermanja se tagħleb dan kollu.
Fil-messaġġ tagħha qalet li hekk kif kulħadd ikompli għaddejj b’ħajjtu, lit-terroristi qed ngħidulhom li intom qattieal mimlija mibgħeda, iżda mhux se tiddeterminaw kif irridu ngħixu. Aħna poplu liberu, rispettuż u miftuħ.