Permezz ta’ studju dwar l-ispazji urbani, l-Eurostat kejlet is-sodisfazzjon li jħossu ċittadini Ewropej bil-ħajja fl-ibliet kapitali tagħhom.
Jirriżulta li filwaqt li 88% tar-residenti fil-Belt Valletta kienu kuntenti bil-ħajja fil-kapitali fl-2012, is-sena li għaddiet dan in-numru tela’ għal 91%. Riżultat ikoraġġanti li ma jistax jingħad għall-ibliet kapitali kollha u li jirrifletti l-ħidma biex pajjiżna tkun belt kapitali Ewropea fl-2018.
Is-survey sar fost 83 belt madwar l-Ewropa. Dawk li wieġbu kienu mistoqsija jekk jaqblux ħafna, inkella jaqblux, jew inkella jopponux għall-istqarrija: “jien kuntent li ngħix fil-belt tiegħi”.