L-American University of Malta ssodisfaw il-kriterji marbuta mal-liċenzja ta’ università biex għamlu pass importanti ieħor fil-proġett edukattiv, b’investiment miljunarju, li qegħdin jiżviluppaw f’Malta.
Filwaqt li fl-aħħar ġimgħat u jiem rajna jieħu spinta x-xogħol infrastrutturali f’Bormla jirriżulta li baqa’ għaddej b’ritmu tajjeb ix-xogħol mil-lat ta’ tħejjija akkademika.
Kien f’Ġunju li għadda li tħabbar li s-Sadeen ingħataw il-bozza l-ħadra biex joperaw bħala università. Iżda, biex jgħamlu dan kien hemm ukoll numru ta’ kundizzjonijiet. Kundizzjonijiet li jidher li kien hemm progress tajjeb fuqhom tant li kien ir-Rettur innifsu li llejla kkonferma dan mal-aħbarijiet ta’ Television Malta.
Biex l-investituri waslu sa hawn l-Università għaddiet mill-għarbiel tal-Kummissjoni Nazzjonali għall Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla. Għarbiel li fisser proċess trasparenti li beda f’Mejju elfejn u ħmistax u dam għaddej għal erbatax-il xahar. Biex tul is-sajf imbagħad ingħalqu l-aħħar kwistjonijiet marbuta mal-kundizzjonijiet li ħarġet bihom il-Kummissjoni.
Kruċjali f’dan kollu hemm is-sħubija li tal-AUM għandhom ma’ universitajiet Amerikani.
Jirriżulta li l-universitajiet ta’ De Paul u Clemson qed jipprovdu garanzija ta’ kwalita fil-tagħlim fl-livell universitarju lill-Universita’ Amerikana f’Malta.
De Paul University għenet u se tkompli tgħin fl-iżvilupp tal-programmi edukattiv li se jiġu offruti mill-American University of Malta.
L-American University of Malta se jkollha ħames fakultajiet ,fakultà tan-negozju u l-imaniġġjar ,fakultà tal-inġinerija ,fakultà tal-informazzjoni u t-teknoloġija ,fakultà tal-arti u fakultà tal-arti u xjenza.
Se tilqa fija mal-erbat elf u sitt mitt sudent u huwa stmat li se jkollha mal-mitejn wieħed u sebgħin akkademiku.