Irħamar, restawr u induratura. Dawn huma biss ftit elementi ta’ proċess sħiħ li isir fuq l-armar li jitgawda fil-festi Maltin u Għawdxin.
Dawk dilettanti jingħaqdu flimkien fi proċess wieħed twil. Dan għax meta tispicca l-festa mill-ewwel tibda l-ħidma tagħhom sa ma finalment twassalhom għal ġimgħa tal-festa.
F’dan il-filmat, kellimna ma’ Thomas Barry, membru fil-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, fejn spjeġalna l-ewwel pass hekk kif tispiċċa l-festa.